Lokali
L-arti ta’ Picasso terħilha lejn Għawdex

Meqjus bħala wieħed mill-ġganti tal-arti fis-seklu 20, Pablo Picasso kien artist li influwenza ħafna oħrajn bix-xogħlijiet tiegħu. F’wirja li qed tittella’ f’Għawdex, il-pubbliku jista’ josserva dak li kien jiġri f’Pariġi fil-bidu tas-seklu l-ieħor meta l-artisti, b’Pablo Picasso wieħed minnhom kienu jaqsmu l-faqar, il-kwalità tal-ħajja u t-tbatijiet.

Xogħlijiet oriġinali fuq il-karta u pitturi ta’ artisti moderni bħal Pablo Picasso u artisti influwenti oħra tas-seklu 20 bħal Joan Miró, Henri Matisse, Kees van Dongen, u Fernande Olivier jinsabu għal wiri f’Għawdex. Din il-wirja qed issir flimkien mal-ewwel preżentazzjoni f’Malta tal-publikazzjoni ta’ Fernande Olivier stess dwar ‘Picasso u sħabu’.

Il-kuratur tal-wirja Valerio Ballotta spjega li din il-wirja hija rakkont, forsi wieħed mill-aktar importanti fl-istorja tal-arti, bejn Picasso u Fernande Olivier. Tirrakkonta lil Picasso fil-bidu tiegħu, meta kien għadu mhux magħruf u meta kien għadu jgħix id-diffikultà tal-ħajja.

Valerio Ballotta qalet li “f’din il-wirja wieħed jista’ jara l-opri tiegħu, inċiżjoni, disini u ftit mit-teknika kollha fid-dinja tal-arti permezz ta’ rakkont tiegħu u sħabu. Fost l-iktar importani hemm pittura biż-żejt ta’ van Dongen, hemm ukoll bħalma hawn warajha disinn tal-maternità – inċiżjoni storika ta’ Picasso. Għandna għall-ewwel darba f’Malta inċiżjoni ta’ suite vollard.”

Il-kuratur qal li permezz ta’ din il-wirja l-pubbliku jjsita jerġa’ jgħix l-emozzjoni ta’ dak li kien iseħħ f’Pariġi fil-bidu tas-seklu għoxrin meta l-artisti kienu jaqsmu l-faqar, il-kwalità tal-ħajja u t-tbatijiet. Jgħid li “La belle Fernande”, magħrufa l-aktar bħala l-mudella ta’ Picasso u li tagħha pitter ‘il fuq minn sittin pittura kienet l-ewwel mara li kellha rwoll sinifikanti fil-ħajja tal-artisti mhux biss bħala l-maħbuba tiegħu imma wkoll bħala l-persuna li kienet tispirah f’xogħlu. Fil-publikazzjoni, Fernande titkellem dwar ir-relazzjoni ta’ seba’ snin ma’ Picasso.

Din il-wirja qed issir f’gallarija tal-arti privata fil-kumpless Gozitano.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali ta’ Jum ir-Repubblika, Heritage Malta fetħet il-bibien ta’ żewġ siti tagħha u tat l-opportunità lill-pubbliku jżurhom mingħajr ħlas. Dan seħħ ftit jiem biss wara li stħarriġ tal-Kummissjoni…

Lokali

Il-Pulizija qed tinvestiga sparatura li seħħet ilbieraħ bil-lejl f’Burmarrad. Dwar dan il-każ hemm persuna li ndarbet ħafif u oħra miżmuma li qed tgħin lill-pulizija fl-investigazzjonijiet. Il-Pulizija arrestat raġel wara sparatura…

Aktar