Lokali
L-Assemblea tal-Isport tal-European Broadcasting Union 2020 se tiġi organizzata f’Malta

F’Marzu tas-sena d-dieħla se tiġi organizzata għall-ewwel darba hawn Malta l-Assemblea tal-Isport tal-European Broadcasting Union.

L-assemblea tlaqqa’ flimkien l-ogħla uffiċjali minn Eurovision Sport u delegati millpajjiżi membri tal-EBU, fosthom esperti fl-oqsma tal-akwiżizzjonijiet, operat tekniku u programmar.

L-assemblea se tkun ospitata mill-Public Broadcasting Services b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Kultura u se ssir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu,  fil-Grand Hotel Excelsior, il-Furjana.

Mad-90 parteċipant mistennija jattendu l-assemblea, b’kull membru tal-EBU rappreżentat minn delegati varji, u t-team ta’ Eurovision Sport immexxi mid-direttur eżekuttiv Stefan Kuerten.

Fost is-suġġetti li se jkunu diskussi fl-assemblea: il-portfolio ta’ propjetatjiet ta’ Eurovision Sport, u żviluppi speċifiċi minn pajjiżi membri tal-EBU fil-qasam tal-isport. Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici għandu jindirizza s-sessjoni tal-ftuħ.

Il-PBS hija membru attiv fil-European Broadcasting Union u grazzi għall-kollaborazzjoni kontinwa bejn iż-żewġ partijiet tista’ twassal lit-telespettaturi Maltin diversi avvenimenti sportivi ewlenin, bħat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, mingħajr ebda ħlas fil-kumdità ta’ djarhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar