Lokali
L-Assistent Kummissarju Ian Abdilla sospiż mill-Korp tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta kkonferma ma’ TVM li fl-aħħar sigħat il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa ssospenda ufficjal tal-Pulizija b’konformità mar-Regolamenti Dixxiplinarji tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, sakemm isiru l-investigazzjonijiet.

Il-Pulizija qalet dan meta mistqosija minn tvm.com.mt jekk hux minnu li fis-sigħat li għaddew, l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla ġie sospiż mid-dmirijiet tiegħu fil-Korp tal-Pulizija minħabba investigazzjoni fuq reati finanzjarji.