Kronaka
L-assoċjazzjoni tad-driving instructors tkeċċi membru li qalgħet kjass quddiem il-PBS

Il-Malta Driving Instructors Association (MDIA) qalet li keċċiet lill-membru tagħha li lbieraħ qajmet kjass quddiem il-binja tal-PBS.

Fi stqarrija l-MDIA qalet li tiddiżasoċċja ruħha u tikkundanna l-aġir tad-driving instructor, li lbieraħ filgħaxija minn jeddha marret tistenna lill-Prof Charmaine Gauci barra l-binja tal-PBS.

L-MDIA qalet li bl-ebda mod ma tippromwovi, u wisq iktar taċċetta li l-membri tagħha jaġixxu b’dan il-mod.

Fl-istess waqt l-MDIA irringrazzjat lil Prof Gauci tax-xogħol li qiegħda tagħmel flimkien mal-awtoritajiet ikkonċernati.

Ara wkoll:

Tintalab l-għajnuna tal-Pulizija wara argument quddiem il-PBS

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar