Avjazzjoni
L-assoċjazzjoni tal-avjazzjoni kummerċjali titlob kjarifiki dwar l-għajnuna mill-gvern

L-assoċjazzjoni Maltija tal-avjazzjoni kummerċjali (MBAA) qed titlob kjarifiki mingħand il-gvern b’rabta mal-għajnuna finanzjarja li ġiet imħabbra.

Fi stqarrija l-MBAA qalet li l-avjazzjoni kummerċjali hija l-ikbar settur tal-avjazzjoni u tikkontribwixxi iktar minn €510 miljun fis-sena għall-ekonomija, waqt li tħaddem ’il fuq minn 3,000 ruħ.

Qalet li l-operaturi f’dan in-negozju kommessi li jkomplu joperaw f’Malta meta tgħaddi l-pandemija tal-Covid-19.

Żiedet li minkejja li tat struzzjonijiet lill-ħaddiema tagħha biex japplikaw għall-għajnuna finanzjarja mwegħda mill-gvern, s’issa għadha ma ngħatatx kjarifika dwar l-eliġibilità ta’ dawn il-ħaddiema għal tali għajnuna.

Qalet li sadanittant l-operaturi għadhom qed jagħtu servizz f’titjiriet ta’ merkanzija medika u titjiriet ta’ ripatrijazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-gvern fi stqarrija qal li jieħu nota ta’ dak li qalet l-Oppożizzjoni dwar il-ħatra tal-President ta’ Malta u tal-Prim Imħallef. Għall-ewwel darba fl-istorja kostituzzjonali ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru qed ineħħi…

Kurżitajiet

L-arti hija kullimkien anke fis-sengħa tal-barbiera. Mhux biss jaqtgħu x-xagħar, iżda jirnexxielhom bi preċiżjoni u paċenzja kbira jnaqqxu personaġġi famużi fuq il-qurriegħa tal-klijenti tagħhom. Niskopru l-ħila ta’ barbier Marokkin, li…

Festi

Dħalna Ħal Luqa fis-skiet li s-soltu ma jkunx qed jiddomina fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Lulju – il-festa tal-patrun Sant Andrija. Ittawwalna wkoll fil-parroċċa dedikata lil dan il-qaddis, li bħal- lum…

Mużika

Il-Valletta Waterfront qed tospita mumenti ċinematiċi u mużikali għall-festival tas-Sajf li qed issir b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta f’wieħed mill-ewwel festivals kulturali live wara l-waqfa tal-Covid-19. Fl-isfond tax-xenarju mill-isbaħ tal-fortifikazzjonijiet…

Aktar