Lokali
L-Assoċjazzjoni tal-eks deputati ddiżappuntata wara li ġew irtirati l-emendi fil-liġi tal-pensjoni

Is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni tal-eks deputati Parlamentari Lino Debono stqarr id-diżapunt tiegħu li l-Gvern u l-Oppożizzjoni marru lura minn kellmthom biex ikunu indirizzati l-anomaliji fil-pensjoni tal-eks deputati Parlamentari. Dan wara li l-Gvern iritra l-emendi fil-liġi wara li l-Oppożizzjoni bidlet fehemtha u rtirat mill-qbil li kien hemm favur dawn l-emendi. Skont informazzjoni li għandu TVM, l-emendi possibilment kienu ser jaffettwaw mal-25 membru parlamentari li servew leġiżlatura waħda.

Wara li ġew irtirati l-emendi għal-liġi dwar il-pensjoni tal-Membri Parlamentari, is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni għall-ex Membri Parlamentari Lino Debono qal li huwa ddiżappuntat b’dan l-iżvilupp li jiġu rranġati anomaliji fil-liġi. Qal li għalkemm dawn ma jaffettwawx lilu hemm eks membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra li huma milquta ħażin.

Lino Debono qal li “aħna ddispjaċuti ħafna, il-biċċa kbira minna għandhom pensjoni imma hemm membri li kienu impjegati tal-Gvern, ħarġu għall-elezzjoni, għamlu term, mietu u l-familji tagħhom baqgħu b’xejn.”

ls-sur Debono qal li wara diskussjonijiet li kien ilhom għaddejjin sentejn kien deher li ntlaħaq qbil sakemm l-Oppożizzjoni marret lura mill-kelma tagħha.

Il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar spjega li l-Oppożizzjoni bidlet il-pożizzjoni tagħha għaliex ħasset il-polz tan-nies.

Robert Cutajar qal li “dehrilna li nisimgħu x’jgħidu n-nies, dehrilna li n-nies jiġu l-ewwel u nitolbu lill-Gvern biex il-liġi ma tibqax tigi diskussa, messaġġ ċar li għalina l-obbligu hu li nservu lin-nies.”

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Byron Camilleri qal li l-Gvern kellu jagħmel pass lura għax ried li dawn l-emendi isiru b’kunsens.

Dr Byron Camilleri qal li “din il-liġi tirrigwarda anomaliji żgħar wara li jidiedu l-pensjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, u żgur ma jistax jitkellem minn wara 25 sena ffriża l-pensjoni.”

Sadanittant il-Partit Demokratiku li oġġezzjona għal dawn l-emendi qal fi stqarrija li b’dal-pass rebaħ il-poplu għax allega li ż-żewġ partiti kienu ftehmu li jagħmlu dawn l-emendi minn wara dahar il-poplu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Kultura

Aktar minn 500 mudell, xogħol membri ta’ waħda mill-għaqdiet lokali tal-mudelli, qed ikunu esebiti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Il-wirja se tkun miftuħa għall-aħħar ġunrata, għada, jum ta’ btala pubblika. Mijiet ta’…

Aktar