Infrastruttura
L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi tippreżenta proposti lill-Gvern dwar akkomodazzjonijiet aktar affordabbli

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi ppreżentat lill-Gvern rapport tekniku li sar mit-taqsima ġdida fi ħdanha li jinkludu Periti, Draftsman u Inġiniera li skont il-President tal-Assoċjazzjoni Sandro Chetcuti jagħmel proposti konkreti kif jista’ jkun hawn akkomodazzjonijiet aktar affordabbli għall-prezz ta’ madwar €120,000. Fost oħrajn ir-rapport jipproponi li l-Awtorità tal-Ippjanar tirrevedi daqsijiet tal-appartamenti li fil-fehma tar-rapport tekniku jistgħu jinbnew u jinbiegħu bi prezz ta’ €1,500 għal metru kwadru.

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi kompliet targumenta li b’tibdil fil-policies tal-ippjanar jista’ jsir użu aħjar mill-ispazju fil-bini tal-appartamenti biex jinbnew proprjetajiet li jistgħu jinbiegħu bi prezz aktar affordabbli.

Ir-rakkomandazzjonijiet saru f’rapport tekniku li sar mit-taqsima ġdida fi ħdan l-MDA li ġew preżentati lill-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg li taħtu taqa’ wkoll l-Awtorità tal-Ippjanar. Fost oħrajn, l-Assoċjazzjoni qed tappella għar-reviżjonijiet fil-policies dwar id-daqsijiet tal-appartamenti.

Ir-regolamenti ta’ bħalissa appartament b’kamra tas-sodda waħda ma jkunx inqas minn 55 metru kwadru u appartamenti b’żewġ jew tliet ikmamar tas-sodod ma jkunx inqas minn 90 u 115-il metru kwadru rispettivament. Iżda, l-MDA argumentat li dawn ir-rekwiżiti jgħollu l-prezz tal-proprjetà għaliex il-bini jista’ jiġi disinjat f’inqas ħela fosthom tal-kurriduri.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Sandro Chetcuti sostna li post ta’ 80 metru kwadru jista’ jkollu aktar spazju abitabbli minn wieħed ta’ 90 metru kwadru.

Waqt il-preżentazzjoni ta’ proposti ġie spjegat li f’dak li qed tirrakomanda l-MDA, jistgħu jinbnew fost oħrajn appartament diċenti ta’ 80 metru kwadru li jinkrew b’ħames mitt ewro fix-xahar għall-ewwel għaxar snin jew jinbiegħu b’€120,000. L-MDA  qed tipproponi biex parti mill-ispejjeż tal-ippjanar għall-iżvilupp jitnaqqsu għal proġetti li jkun fihom minn tal-inqas 20% ta’ appartamenti biex jinbiegħu bi prezzijiet affordabbli.

Il-Ministru Borg qal li jrid jistudja l-proposti qabel jieħu pożizzjoni dwarhom.  Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li minkejja l-iskemi tal-gvern fil-qasam tal-proprjetà jeħtieġ li ssir iktar ħidma għal akkomodazzjonijiet affordabbli.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Kull sena madwar 150 persuna f’Malta jinstab li għandhom kanċer fil-pulmun, li wħud minnhom x’aktarx li qabel ikunu bdew jinnutaw sintomi tal-kundizzjoni, magħrufa bħala COPD, li hi assoċjata mat-tipjip, it-tniġġis…

Ekonomija u Finanzi

Il-baġits għall-2019 ta’ Malta u disa’ pajjiżi oħra Ewropej kisbu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Italja qed tissogra li taffaċċja azzjoni dixxiplinarja li tista’ twassal għall-multi, minħabba li qed tibqa’…

Politika

F’konferenza tal-aħbarijiet illejla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Prim Ministru mhux qed jgħid il-verità, għax minn banda jgħid li ma jafx kontra min hemm inkjesta, u mill-banda l-oħra…

Aktar