COVID-19
L-Assoċjazzjoni tat-Tobba wkoll tappella biex jitwaqqfu l-attivitajiet tal-massa

L-Assoċjazzjoni tat-Tobba ta’ Malta qalet li ż-żieda fil-każijiet ta’ Covid-19 hija riżultat ta’ attivitajiet tal-massa, li ddeskriviet bħala irresponsabbli.

Saħqet li r-rgħiba tal-ftit qed tpoġġi s-saħħa tal-poplu kollu f’riskju, u qed tissogra li ġġib fix-xejn is-sagrifiċċji li saru mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa. Dan minbarra li jkollha wkoll effetti ekonomiċi u soċjali.

Fi stqarrija ffirmata minn Dr Paul Cassar u Prof Stephen Fava, l-assoċjazzjoni tat-tobba qalet li għalhekk qed tingħaqad mal-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta u oħrajn fl-appell biex jitwaqqfu attivitajiet tal-massa, fejn id-distanza soċjali ma tistax tinżamm. Appellat ukoll biex jiġi limitat l-ivjappar minn pajjiżi b’riskju għoli.

Ara wkoll:

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mediċina fis-Saħħa Pubblika appellat biex il-pubbliku ma jipparteċipax f’attivitajiet tal-massa