Barranin
L-AstraZeneca tapplika għall-approvazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini irċeviet l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tilqima kontra l-Covid-19, żviluppata mill-kumpanija AstraZeneca flimkien mal-Università ta’ Oxford.

L-approvazzjoni tat-tilqima AstraZeneca-Oxford issa trid tiġi miflija mill-Aġenzija tal-Mediċini Ewropej, qabel ma’ din l-aġenzija tagħti l-approvazzjoni tagħha biex it-tilqima toħroġ fis-suq.

Huwa maħsub li l-approvazzjoni għal din it-tilqima tingħata sad-29 ta’ dan ix-xahar u taħbat mal-laqgħa tal-kumitat xjentifiku tal-aġenzija li se tkun qed titlaqqa’ fl-aħħar tax-xahar.

Jekk it-tilqima tal-AstraZeneca-Oxford tkun approvata tkun it-tielet waħda kontra l-Coronavirus li se titqassam fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.