Lokali
L-attakkant Leon de Kogel li ndarab serjament fis-Salini sifruh għal aktar kura

Leon de Kogel, l-ex attakkant ta’ FC Utrecht , Go Ahead Eagles u Deventer, li ġimgħa ilu kien involut f’inċident ikraħ fis-Salini, ittieħed f’Utrecht għal aktar kura.

de Koegel, li għandu biss 26 sena, kien fuq btala f’Malta meta għal xi raġuni, il-karozza li kien riekeb fiha, kienet involuta f’inċident. Il-karozza kienet misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena mir-Rabat Għawdex.

F’Jannar li għadda, de Koegel iffirma kuntratt ta’ sena u nofs mat-tim tal-football UE Cornellà, tim tat-tieni diviżjoni Spanjola.

de Koegel ħareġ mill-Isptar Mater Dei wara tliet ijiem minn meta seħħ l-inċident, u ittieħed għal aktar kura f’Utrecht, fl-Olanda. Huwa kien qed isofri minn ġrieħi gravi u għal xi ħin kien fil-periklu tal-mewt.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Olandiż fil-periklu tal-mewt wara ħabta head on fis-Salini

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ħaddiem weġġa’ gravi wara li waqa’ żewġ sulari f’sit ta’ kosruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Moviment Patrijotti Maltin Henry Battistino qal li wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jirriżenja. Fuq Facebook huwa kiteb li l-Partit li jħobb kellu disfatta u għalhekk se…

Lokali

Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjetà Intellettwali nterċettaw container fil-Freeport li kien qed iġorr 26,688 qalziet tal-jeans ta’ ditta rinomata li però rriżultaw li kienu kontrafatti (foloz). Fi stqarrija maħruġa mid-Dwana ntqal…

Mużika

Il-grupp mużikali Meadow Strings ħareġ kanzunetta ġdida Alive. Meadow Strings huwa kompost minn Magdalene Farrugia u Mario Camileri. Fil-kanzunetta tagħhom, Alive huma japprezzaw is-sbuħija u l-importanza tal-ambjent. Miġbud qal is-siġar tal-Buskett…

Aktar