Edukazzjoni
L-attendenza fl-iskejjel għandha tibqa’ obbligatorja – Il-Kummissarju għat-Tfal

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal sostna li l-attendenza fl-iskejjel għandha tibqa’ obbligatorja, u huma biss tfal vulnerabbli li għandhom ikunu eżentati milli jattendi fiżikament l-iskola, b’kull każ li jiġi deċiż għalih b’konsultazzjoni mal-professjonisti.

Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qal li jinsab imħasseb dwar x’jista’ jiġri jekk l-attendenza fl-iskejjel ma tibqax obbligatorja., fejn dawk it-tfal li jgħixu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, partikolarment dawk li diġà ma kinux jattendu l-iskola regolarment qabel il-pandemija, ser ikomplu jaqgħu lura.

Żied li l-attendenza onlajn kienet diġà baxxa bejn Marzu u Ġunju li għadda u wħud mit-tfal ma setgħux jintlaħqu. Sostna li għal xi tfal, l-iskola huwa l-uniku post sigur u għalhekk l-ebda adult responsabbli biex jibgħathom l-iskola ma għandu jitħalla jabbuża mis-sistema u jżomm it-tfal id-dar.

L-Uffiċċju qal li skont irapport tal-UNCEF dawk it-tfal li jħossuhom parti mill-iskola, iktar huma kuntenti bil-ħajja tagħhom. F’dan l-istudju, Malta ġiet minn tal-aħħar fejn jidħol is-sodisfazzjon tat-tfal dwar il-ħajja tagħhom.

L-Uffiċju sostna li f’dawk il-każijiet fejn it-tfal ma jkunux jistgħu jattendu l-iskola fiżikament u ser jattendu onlajn, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li d-drittijiet u l-bżonnijiet tagħhom ikunu mħarsa.
interess tat-tfal.