Turiżmu
L-attività tal-cruise liners f’Malta rrankat fl-aħħar kwart tas-sena

Is-sena li għaddiet tliet mija u għaxar cruise liners daħlu fil-Port il-Kbir u ġabu Malta aktar minn sitt mitt elf turist. Għalkemm dan kien inqas mill-2017, l-industrija tal-cruise liners lejn l-aħħar tas-sena reġgħet bdiet iżżid l-attività tagħha f’Malta.

L-industrija tal-cruise liners li matul is-sena li għaddiet kellha tnaqqis fl-għadd ta’ passiġġieri li ġabet lejn Malta, tidher li bdiet turi sinjali li qed tirkupra fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Ottubru u Diċembru, li normalment huma xhur kajmana fl-industrija tal-cruise liners, kien hemm żieda ta’ aktar minn sebat elef u ħames mitt passiġġier fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. Fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet, daħlu fil-Port il-Kbir 95 vapur tal-passiġġieri li ġabu Malta ftit aktar minn 191 elf turist.

Miċ-ċifri tal-NSO joħroġ li minnhom, kważi disat elef għaddew lejl f’Malta abbord il-vapur, waqt li kien hemm ukoll 1,600 passiġġier skorruti li waqfu f’Għawdex.

Waqt li fl-aħħar tliet xhur tas-sena, il-passiġġieri tal-cruise liners żdiedu bi 2.1 fil-mija, matul l-2018 l-industrija kellha tnaqqis ta’ 5.6 fil-mija. Fl-2018 ġew Malta kważi 633 elf passiġġier, 36 elf inqas mill-2017. Il-Port il-Kbir ra 310 vapuri tal-passiġġieri, 32 inqas mill-2017.

Il-profil tal-passiġġieri jindika li aktar min-nofshom kienu nisa, u aktar minn terz minhom kellhom bejn 60 u 79 sena. Il-parti l-kbira tal-passiġġieri ġew mill-Italja, l-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza u l-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar