Kultura
L-attivitajiet kulturali sajfin f’Għawdex jintemmu b’festival fil-Qala

Il-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali tas-sajf f’Għawdex se jintemm fil-misraħ ewlieni tal-Qala bl-ispettaklu folkloristiku magħruf bħala l-‘Qala International Folk Festival’ li se jsir bejn l-20 u t-22 ta’ Settembru li ġej.

Is-Sindku tal-Qala, Paul Buttiġieġ qal li fl-erbatax-il edizzjoni ta’ dan il-festival se jieħdu sehem gruppi folkloristiċi Għawdxin, mill-Belarus, l-Awstrija u Sqallija. Qal li din l-edizzjoni se terġa’ tkun karatterizzata mill-kostumi, tradizzjonijiet, folklor u żfin.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għandu d-dmir iħares l-identità nazzjonali u l-karatteristiċi distinti tal-Għawdxin. Spjegat li dan l-avveniment annwali sar punt ta’ referenza għal dawk kollha li jgħożżu l-folklor u li jieħdu gost imorru lura fiż-żmien waqt li jġeddu d-drawwiet ta’ missirijietna.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar