Kurżitajiet
L-attriċi Thandie Newton se tmur lura għall-isem oriġinali tagħha

L-attriċi Thandie Newton qalet li se tmur lura għall-mod ta’ kif kienet tikteb isimha oriġinarjament biż-Żimbabwe, Thandiwe.

L-attriċi kienet magħrufa bl-isem ta’ Thandie, verżjoni Ingliża bil-‘w’ nieqsa.

Fil-futur il-films kollha li ħadmet fihom Newton se jibdew iġibu isimha bħala Thandiwe Newton.

“Dak ismi. Minn dejjem kien hekk. Qed nieħu lura dak li kien tiegħi,” qalet Newton lil British Vogue.

L-attriċi li l-isem sħiħ tagħha huwa Melanie Thandwie Newton qalet li isimha nkiteb ħażin fil-film Flirting, l-ewwel film li ħadmet fl-1991. F’dan il-film ħadu sehem ukoll Nicole Kidman u Noah Taylor.

Konsegwenza ta’ dan, kulħadd beda jirreferi għaliha bħala Thandie Newton b’dan l-isem baqa’ mwaħħal mal-attriċi għal dawn l-aħħar 30 sena.

Newton esprimiet ukoll is-sodisfazzjon tagħha li tul is-snin żdiedet sew ir-rappreżentazzjoni ta’ gruppi minoritarji etniċi fix-xena tal-ispettaklu.