Lokali
L-attur ċelebri Jack Whitehall jgħid li Destiny “poġġiet lil Malta fuq il-mappa”

Il-preżentatur u attur ċelbri Ingliż Jack Whitehall sejjaħ il-prestazzjoni ta’ Destiny llejla bħala waħda inkredibbli.

Fuq twitter huwa kiteb: that was epic. I don’t know where Malta is but Destiny just put it on the map – prestazzjoni inkredibbli. Ma nafx fejn hi Malta iżda Destin għadha kif irnexxielha tpoġġiha fuq il-mappa.

Whitehall li huwa segwit minn aktar minn 6 miljun ruħ fuq Twitter huwa magħruf l-aktar għar-rowl li kellu fis-sensiela Fresh Meat li kienet tixxandar bejn l-2011 u l-2016 u għall-parti li kellu fis-sensiela Bad Education bejn l-2012 u l-2014.

Sa mill-2018 huwa kien ukoll il-preżentatur tal-Brit Awards.

Intant b’reazzjoni għall-messaġġ tiegħu, il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta kienet pronta u offrietlu żewġ biljetti tal-ajru biex dan is-sajf jiġi jżur pajjiżna u assiguratu li jibqa’ jiftakar din il-btala għal ħajtu kollu.