L-atturi ta’ ‘Friends’ jerġgħu jingħaqdu għal programm speċjali

L-atturi tas-sensiela televiżiva komika li tant għamlet suċċess fid-disgħinijiet, ‘Friends’, jerġgħu jingħaqdu għall-ewwel darba minn meta s-sensiela ntemmet fl-2004. Jennifer Aniston, Courteney Cox, Lisa Kudrow, Matt LeBlanc, Matthew Perry u David Schwimmer iffirmaw għal programm speċjali li se jsir biex jiċċelebraw l-elf programm li dderieġa James Burrows, wieħed mid-diretturi li ħadem diversi episodji ta’ ‘Friends’.

friendsIċ-chairman ta’ NBC entertainment Robert Greenblatt qal li f’dan il-programm ta’ sagħtejn, hemm ċans li l-atturi prinċipali ma jidhrux flimkien imma kollha se jkunu preżenti.

‘Friends’ kien idebutta fl-1994 u segwa sitt persuni li għandhom ‘il fuq minn 20 sena u kif kampaw mal-ħajja, ix-xogħol u l-imħabba f’Manhattan.

Is-sensiela kien fost l-aktar programmi popolari tal-NBC u ħafna għandhom tal-fehma li kienet l-aqwa fl-istorja televiżiva.