L-atturi ta’ ‘Strada Stretta’ jagħtu togħma tas-sensiela televiżiva fit-toroq tal-Belt

Minn Ottubru li ġej TVM se jxandar drama ġdida bl-isem ta’ Strada Stretta. Ftit wara l-maltempata ta’ dalgħodu, kull min kien dieħel il-Belt seta’ jduq ftit minn dak li se jkun fiha din is-serje televiżiva.

Kważi xahrejn ‘il bogħod mill-iskeda l-ġdida ta’ TVM, id-dar tal-produzzjoni Sharp Shoot Media li fl-aħħar staġun televiżiv kienet tipproduċi s-sensiela Rajt ma Rajtx bdiet tingrana t-tħejjijiet tagħha għad-drama l-ġdida li ser tippreżenta f’Ottubru – Strada Stretta.

Atturi u membri tat-tim tal-produzzjoni kienu l-belt iqassmu materjal kif kien jiġri snin ilu biex iħajjru l-klijenti, l-aktar baħrin, lejn l-barijiet ta’ Strada Stretta.

L-istorja fid-drama Strada Stretta se tkun imsejsa fuq d-djarju ta’ Lydia – il-protagonista f’din is-serje televiżiva.

Audrey Brincat Dalli minn Sharp Shoot Media qalet li l-istorja ser tkun ambjentata fi Strada Stretta kif kien fl-1957.

Lydia tispiċċa tgħix u taħdem fi Strada Stretta bl-għajnuna ta’ Lilly, barmaid simpatika u mimlija entużjażmu għall-ħajja.

Għal Justin Farrugia u Steven Dalli, diretturi tas-Sharp Shoot Media, din il-produzzjoni hija avventura ġdida li konvinti li ser tintogħġob mit-telespetturi ta’ TVM.

Strada Stretta se jixxandar minn Ottubru li ġej kull nhar ta’ Tnejn fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Saħħa

Waqt attività tal-għoti tad-demm organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 30 ħaddiem tal-awtorità nkiteb biex l-organi tiegħu jingħataw b’donazzjoni wara mewtu. Waqt l-istess attivtà, 19-il persuna oħra taw id-demm. L-ERA stiednet…

Forzi Armati

Post pożittiva fuq il-paġna ta’ Alison Bezzina, li tiġġieled għad-drittijiet tal-annimali, turi kif żewġt iklieb reġgħu ngħaqdu ma’ sidhom wara li nġabru minn membri tal-Forzi Armati. Bezzina qassmet din l-aħbar…

Aktar