Politika
L-Avukat Ġenerali jiċċara fuq il-parir li kien ta lill-Pulizija f’Mejju 2016

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti, uffiċjali tal-Gvern, jew persuni oħra.

Qal li l-parir ma kienx dwar l-investigazzjoni kollha iżda biss dwar azzjoni partikolari li dwarha ntalab, u jiffoka speċifikament fuq il-qbid ta’ servers mingħand azjenda li tkun qed topera, u fuq il-ħtieġa li l-Pulizija tibbaża azzjoni bħal dik fuq suspett raġjonevoli sod biex tiġi evitata l-illegalità u r-responsabbilità għall-ħlas ta’ danni kif ġieli ġara fil-passat.

Żied li Avukat raġjonevoli u responsabbli iebsa biex jagħti parir li titwettaq miżura intrużiva bħal dik mingħajr bażi legali soda.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Fl-aħħar snin Malta żviluppat industrija fil-baħar: it-trobbija tat-tonn f’gaġeġ kbar ftit ‘l barra mill-kosta. Industrija li b’mod dirett qed timpjega madwar 300 ħaddiem u aktar minn 1,100 b’mod indirett. Jordan Cutajar…

Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Aktar