Lokali
L-Avukat Mark Chetcuti jinħatar Prim Imħallef tal-Qrati tal-Ġustizzja

L-Imħallef Mark Chetcuti nħatar formalment bħala Prim Imħallef tal-Qrati tal-Ġustizzja wara li Dr Joseph Azzopardi rtira bl-età. Waqt iċ-ċerimonja tal-ħatra, il-President George Vella, esprima sodisfazzjon li din il-ħatra saret bi qbil unanimu fil-Parlament frott ta’ dak li sejjaħ maturità politika fid-diskussjonijiet li saru fil-Kummissjoni għar-Riforma Kostituzzjonali.

L-Imħallef Mark Chetcuti se jibda jservi bħala Prim Imħallef tal-Qrati tal-Ġustizzja.

Fiċ-ċerimonja tal-ħatra, fil-preżenza tal-qraba tal-Prim Imħallef il-ġdid, il-President George Vella qal li m’għandux dubji dwar l-integrità u l-kapaċitajiet tal-Imħallef Mark Chetcuti biex jaqdi d-doveri li ġġorr magħha l-kariga ta’ Prim Imħallef. Il-President qal li l-Prim Imħallef għandu responsabbiltajiet kbar fuq spallejh u se jwettaq xogħlu f’indipendenza assoluta mill-eżekuttiv.

“Jien nawguralek li taħt it-tmexxija tiegħek, il-Qrati jsiru aktar spediti fit-twettiq tal-ġustizzja u tkompli tissaħħaħ il-fiduċja fil-Qrati mill-poplu inġenerali,” qal il-President ta’ Malta George Vella.

Il-President esprima sodisfazzjon li l-ħatra tal-Prim Imħallef il-ġdid saret bi qbil unanimu fil-Parlament.

Dan kien frott ta’ maturità politika li ssawret minn diskussjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni għar-Riforma Kostituzzjonali xprunati mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u mis-soċjetà ċivili. Jien nawgura li mhux fil-bogħod, it-tibdil fil-Kostituzzjoni jirrifletti l-mod kif isiru l-ħatriet tal-ġudikaturi fil-futur.

Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti nħatar Imħallef fl-2010 wara karriera ta’ aktar minn 30 sena jipprattika l-professjoni legali. Huwa għandu 62 sena. Fil-kariga ta’ Prim Imħallef, Dr Chetcuti fost oħrajn iqassam ix-xogħol lill-ġudikanti, jippresiedi l-Qorti tal-Appell u jieħu sehem fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati  il-memorandum of understanding li ntlaħaq bejn Malta u l-Libja fil-laqgħa li saret fi Tripli il-ġimgħa li għaddiet. Il-Ministru Bartolo, li…

Kostruzzjoni

Dak li deher li huwa xogħol ta’ tħammil li kien qed isir f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Barrieri f’Santa Venera waqaf, wara li residenti mħassba dwar is-sigurtà ta’ dawn ix-xogħlijiet…

Parlament

Id-Deputat Kap tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Kap tad-Dipartiment għall-iżvilupp tal-prodott turistiku, Leslie Vella qal li l-iskop ewlieni tal-ftehim mal-kumpanija tal-ajru privata Vistajet kien li jirreklamaw lil Malta bħala ċentru ġdid…

Saħħa

L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, approvat 20 magna tan-nifs li ġabet b’xejn miċ-Ċina, l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija, il-President ta’ din l-għaqda, l-eks Ministru Reno…

Aktar