Ħatriet
L-Avukat Yvonne Farrugia tinħatar Prosekutur Ewropew għal Malta

L-Avukat Yvonne Farrugia nħatret Prosekutur Ewropew għal Malta fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dr Farrugia se tkun ibbażata fil-Lussemburgu, bl-għażla tagħha saret wara numru ta’ sejħiet pubbliċi miftuħa fuq livell nazzjonali u wara proċess ta’ għażla fuq livell Ewropew. Il-gvern awgura lil Dr Farrugia għal dan l-irwol prestiġjuż li se tokkupa.

Dan hu uffiċċju ġdid fl-Unjoni Ewropea li mistenni jibda jopera lejn tmiem din is-sena u ser ikun responsabbli mill-investigazzjoni u prosekuzzjoni dwar reati kontra l-interessi finanzajri tal-Unjoni Ewropea, frodi, korruzzjoni u frodi ta’ VAT. Malta kienet fost l-ewwel stati li ssieħbet f’dan il-proġett li fih sa issa hemm tnejn u għoxrin stat membru tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar