Lokali
L-avventuri ta’ tfal orfni f’film ġdid bil-Malti

Koppja żagħżugħa li ilha iktar minn 10 snin involuta fiċ-ċinematografija f’Diċembru li ġej se joħorġu l-ewwel film tagħhom bil-Malti bl-appoġġ tal-fond Malti għall-film. Il-film li huwa għall-familja jitratta storja ta’ avventura dwar tfajla orfni. Għall-ewwel darba f’Malta wkoll, qabel il-film se joħroġ ktieb li b’applikazzjoni tal-mobile jista’ jara biċċiet mill-film minn fuq l-istess ktieb.

Koppja miżżżewġa – Charlo Bonnici u Ruth Frendo, ilhom snin twal jaħdmu fil-qasam tal-media u ċinematografija. Ruth kienet saħansitra ħadet sehem fil-film The Gladiator li nġibed f’pajjiżna, u dan l-aħħar wettqet għadd ta’ proġetti għat-tfal, fosthom l-ewwel film tal-familja bil-Malti bl-isem ta’ Il-Misteru tal-Għoġol tad-Deheb, maħdum minn atturi Maltin u b’direzzjoni ta’ Alenka Falzon. Il-film ilu jinħadem għal dawn l-aħħar xhur b’atturi żgħar u kbar, fosthom Aiken Buhagiar, Neve Mansueto, Henry Zammit Cordina, Christabelle Scerri, Deandra Agius, u Mandy Micallef Grimaud.

Il-produttur tal-film Charlo Bonnici qal li “l-idea twieldet sitt snn ilu, żviluppajnieha flimkien, ħriġt bl-idea u Ruth kitbitha, però fih hafna dedikazzjoni u ħin.

Għall-ewwel darba qabel joħroġ il-film se joħroġ il-ktieb tal-film, li juża l-kunċett ta’ Augmented Reality, fejn permezz ta’ applikazzjoni tal-mobile, it-tfal li jaqraw il-ktieb, jistgħu jaraw siltiet mill-film b’applikazzjoni bil-mobile. Ruth Frendo qalet li l-film u l-ktieb inħadmu b’għajnuna ta’ professjonisti internazzjonali fosthom mill-Italja. Il-pubblikazzjoni saret bl-għajnuna tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Ruth Frendo qalet li “l-ewwel ktieb li qed juża l-augmented reality u sar bl-għajnuna ta’ ħafna nies, u qed nistennew il-feedback mingħand l-udjenzi u telespettaturi”.

Il-koppja Ruth Frendo u Charlo Bonnici se joħorġu kotba għat-tfal li l-istampi tagħhom iħaddmu wkoll l-augmented reality bit-tfal jaraw l-istampi jinbidlu f’filmat permezz ta’ applikazzjoni tal-mobile.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Koppja li ftit tax-xhur ilu adottat tifel mill-Indja esprimiet il-ferħ tagħha fuq is-siti soċjali, kif ukoll wasslet messaġġ biex it-tfal jiġu mgħallma iktar dwar id-diversita’, b’mod partikolari mill-ġenituri stess. Biex…

Kronaka

Viżibilment taħt xokk, Joseph Attard li lbieraħ kien fil-mira tal-ħalliel fil-ħanut tiegħu f’Ħaż-Żabbar, irrakkonta ma’ TVM kif hu, flimkien ma’ żewġt iħbieb tiegħu rreżistew il-ħalliel li anke spara b’arma tan-nar….

Kunsilli Lokali

Il-kunsilli ser ikollhom pubblikazzjoni maħsuba apposta biex tgħinhom jiksbu fondi addizzjonali minn programmi tal-Unjoni Ewropea. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u DAaron Farrugia u s-Sur Parnis. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari,…

Kronaka

Kuntistabbli tal-Pulizija stazzjonat fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga llejla ngħata l-kura fl-isptar wara li sofra xi ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Il-każ ħareġ fil-pubbliku permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ facebook…

Aktar