Sajd
L-Awditur Ġenerali jiġbed l-attenzjoni li s-superviżjoni mhux effettiva fuq sajd illegali

Is-settur tas-sajd u l-akkwakultura kien taħt il-lenti tal-Awditur Ġenerali li f’rapport li ppreżenta fil-Parlament elenka nuqqasijiet li osserva fis-supervizzjoni kontra s-sajd illegali mit-taqsima tal-infurzar tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura.

Minkejja l-obbligi internazzjonali, Malta mhix twettaq b’mod effettiv is-superviżjoni fuq sajd illegali. Dan joħroġ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, fuq it-taqsima tal-infurzar tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura. Ir-rapport isemmi fost oħrajn li ftit huma l-bastimenti tas-sajd li għandhom l-apparat meħtieġ biex ikunu segwit is-sajd waqt li jkunu bejn sema u ilma. L-awditur qal li dan iħalli lok għal riskji sinifikanti li sajd irregolari li ma jiġix identifikat.

L-awditur qal li fit-twettiq ta’ spezzjonijiet mid-Dipartiment hemm żbilanċ għax qed jiffoka fuq numru żgħir ta’ oqsma waqt li qed jiġu mwarraba oqsma oħrajn. Ir-rapport jgħid li fost oħrajn isiru l-ispezzjonijiet fuq il-qbid tal-ħut meta l-bastimenti jidħlu lura l-port imma hu rari li jsiru l-ispezzjonijiet fuq min ibigħ il-hut lill-konsumaturi, li skont l-awditur huma kunsidrati bħala wieħed mill-kontrolli sabiex id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura jiskopri u jieħu azzjoni fuq qbid irregolari tal-ħut.

L-uffiċċju tal-awditur wera tħassib fuq is-sitwazzjoni tar-riżorsi umani tad-Dipartiment. L-awditur ippropona lid-dipartiment biex idaħħal miżuri ta’ simplifikazzjoni fl-operat tiegħu, ħalli l-bżonn għal aktar nies jonqos minħabba żieda fl-effiċjenza. L-awditur ħeġġeġ ukoll biex l-uffiċjali jingħataw aktar taħriġ u għal titjib fis-sistema tar-rappurtaġġ tal-ispezzjonijiet li jsiru. Ir-rapport jgħid li s-sistema tal-informatika tad-dipartiment hija robusta iżda tirrekjedi ħafna xogħol li jnaqqas l-effiċjenza.

L-awditur osserva li d-Dipartiment tas-Sajd għandu funzjoni regolatorja u operattiva fl-istess ħin. Sostna li sakemm tippermetti l-prattiċità, entità li hi kunsidrata korp regolatorju m’għandhiex tkun mgħobbija b’funzjonijiet operattivi.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar