Lokali
L-Awditur Ġenerali jinnotta pjanar dgħajjef fl-għoti ta’ 2 kuntratti għal xogħol tal-IT fil-ħabs

L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali nnota mmaniġġjar u ppjanar dgħajjef fl-għoti ta’ żewġ kuntratti b’valur totali ta’ aktar minn miljun ewro li l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kien ta lill-kumpanija Infinite Fusion Technologies f’Diċembru tal-2015 u Diċembru tal-2016 għat-titjib tan-netwerk tal-IT fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u siti oħra relatati.

L-investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali fuq żewġ kuntratti li l-Ministeru għall-Intern ta lil Infinite Fusion Technologies fl-2015 u l-2016 bdiet wara allegazzjonijiet fil-media li wasslu biex il-Ministru Carmelo Abela li kien Ministru għall-Intern dak iz-zmien talab biex il-każ ikun investigat mill-Awditur.

Fl-investigazzjoni, l-Awditur nnota li għalkemm il-Ministeru sostna li l-Faċilità Korrettiva ma kellhiex netwerk tat-teknoloġija tal-informatika, ma ġietx ippreżentata evidenza dokumentata li tiġġustifika l-ħtieġa għax-xogħlijiet.

L-Awditur sab li l-kuntratti kienu ngħataw permezz ta’ proċeduri nnegozjati mingħajr ma nkisbu stimi oħra. L-Awditur qal li dan kien iwassal biex ikun hemm aktar tagħrif fuq jekk l-istimi ta’ Infinite Fusion Tecnologies kinux tassew valur tajjeb għall-flus li kienu se jitħallsu.

Fl-investigazzjoni, l-Awditur ikkonkluda li x-xogħlijiet damu ma tlestew aktar milli kienu jipprovdu l-kuntratti. L-Awditur qal li l-akbar tħassib kien li tħallsu kważi €400,000 qabel l-iffirmar tat-tieni kuntratt. Fl-opinjoni tal-Awditur Ġenerali, kien hemm prattiċi dgħajfa fl-immaniġġjar tal-kuntratti u li l-Ministeru għall-Intern ġie espost għal riskji bla bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Kronaka

Raġel ta’ 22 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Vjal Sir Paul Boffa, f’Raħal Ġdid għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-ġuvni, li jgħix Ħ’Attard, kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip…

Aktar