Parlament
L-Awditur Ġenerali jippreżenta rapport dwar ħidmet l-Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika

L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, ippreżenta r‑Rapport Annwali dwar il‑Ħidma u l‑Attivitajiet tal‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika (NAO) għas‑sena li ntemmet fil‑31 ta’ Diċembru, 2018 lill‑Ispeaker tal‑Kamra tad‑Deputati Anġlu Farrugia.

Fl‑introduzzjoni tiegħu għal din il‑pubblikazzjoni, l‑Awditur Ġenerali ta ħarsa ġenerali lejn l‑attivitajiet, l‑iżviluppi, ix‑xogħol u l‑kisbiet tal‑NAO għas‑sena li dwarha qed isir ir‑rapport.  Huwa emfasizza li fil-futur l-NAO għandu jibqa’ jżomm dejjem quddiem għajnejh li essenzjalment l-iskop ewlieni tiegħu hu li joffri servizz li permezz tiegħu l-operat tas-settur pubbliku jsir dejjem aħjar fl-aqwa interess taċ-ċittadini.  Min-naħa tiegħu, id-Deputat Awditur Ġenerali rrifletta fuq l-impenn tal-Uffiċċju li jimplimenta l-pjan strateġiku ta’ ħames snin.

L-Awditur Ġenerali ppreżenta lill-Ispeaker kopja tal-Istrateġija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għall-ħames snin li ġejjin – Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku. Din ġiet ippubblikata wara proċess ta’ konsultazzjoni estensiva kemm interna kif ukoll esterna.

F’dan ir-rapport ingħatat ukoll ħarsa ġenerali lejn tipi ewlenin ta’ verifika mwettqa mis-Sezzjonijiet differenti tal-NAO, inklużi verifiki finanzjarji u ta’ konformità, verifiki ta’ effettività, verifiki  investigattivi u verifiki tal-IT kif ukoll dwar l-amministrazzjoni ta’ dan l-Uffiċċju.

Aċċess għar‑rapport sħiħ mis‑sit tal‑NAO: www.nao.gov.mt, kif ukoll mill‑paġna tal‑Facebook tal‑NAO: www.facebook.com/NAOMalta.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar