Edukazzjoni
L-Awditur Ġenerali jirrakkomanda pjan u baġit għall-IT fid-Dipartiment tal-Eżamijiet

L-Awditur Ġenerali rrakkomanda li jitfassal pjan strateġiku formali tal-IT u baġit annwali tal-IT biex id-Dipartiment tal-Eżamijiet ikun jista’ jaqdi l-funzjonijiet.

Dan wara li l-Awditur Ġenerali Charles Deguara ppreżenta r-rapport lill-Parlament intitolat ‘Verifika tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni fid-Dipartiment tal-Eżamijiet’.

Ir-rapport, li sar qabel ma d-dipartiment tal-eżamijiet jirriloka l-uffiċċji tiegħu għal sit ġdid, janalizza l-organizzazzjoni ġenerali tal-IT f’dan id-dipartiment.

Ir-rapport jikkonkludi li dan id-dipartiment għandu jkollu mill-inqas uffiċjal wieħed tal-IT full-time, u jirrakkomanda li d-dipartiment tal-eżamijiet itejjeb il-firxa u l-aċċessibiltà tiegħu għall-pubbliku permezz tal-użu tal-pjattaformi tal-midja soċjali.