Barranin
L-awtoritajiet Amerikani jakkużaw kumpaniji tal-mediċina bi frodi kbira

Iktar minn 40 stat Amerikan fetaħ kawża fil-Qrati kontra kumpaniji tal-farmaċewtika li allegatament ftiehmu bejniethom biex jgħollu l-prezzijiet tal-mediċini.

L-awtoritajiet qed jakkużaw 20 kumpanija li tipproduċi l-mediċina b’kollużjoni bejniethom bejn l-2013 u l-2015 biex għollew il-prezzijiet ta’ iktar minn 100 mediċina, inkluż dawk għad-dijabete u l-kanċer.

Fost il-kumpaniji akkużati hemm Teva Parmaceuticals, li hija l-ikbar produttur fid-dinja tal-mediċina ġenerika. Il-kumpanija qed tiċħad l-akkużi.

Dawn l-akkużi saru wara investigazzjoni ta’ ħames snin, bl-Avukat Ġenerali jgħid li għandhom ħafna provi li l-industrija tal-mediċina ġenerika ffrodat il-konsumaturi b’biljuni ta’ dollari.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar