Barranin
L-Awstralja mhux mgħaġġla biex tiftaħ għat-turisti – Il-PM Morrison

Il-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrisson, qal li l-Awstralja m’għandha ebda għaġla sabiex tiftaħ il-fruntieri tagħha għat-turisti. Dan waqt li l-pajjiż qed jirilaxxa gradwalment il-miżuri tal-Covid-19, liema proċess beda ftit tal-ġimgħat ilu u jinkludi fost oħrajn l-ivjaġġar essenzjali biss.

Morisson qal li fil-futur ċittadini Awstraljani jaf jitħallew jibdew isiefru u ma jagħmlux kwarantina mal-wasla tagħhom lura, jekk ikunu mlaqqma. Saħaq madanakollu li l-vaċċin mhux biżżejjed u li l-pajjiż xorta waħda se jkun qed jesperjenza eluf ta’ każi jekk jitneħħew il-miżuri restrittivi.

Fid-diskors tiegħu żied li bħalissa qed jikkonsulta mal-awtoritajiet tas-saħħa Awstraljani sabiex jiġi assigurat li kull miżura titneħħa fil-mument opportun.