Barranin
L-Awstralja u New Zealand jiftħu l-ivjaġġar bejniethom

Għall-ewwel darba f’aktar minn sena, mil-lum l-Awstralja u New Zealand fetħu l-ivjaġġar bejniethom.

Il-viżitaturi miż-żewġ pajjiżi m’għandhomx għalxiex joqgħodu kwarantina malli jaslu fil-pajjiż.

It-Tnejn, eluf ta’ passiġġieri kienu bbukkjati biex isiefru bejn iż-żewġ pajjiżi, li rnexxielhom jikkontrollaw l-imxija tal-coronavirus u żammew ir-rati ta’ infezzjonijiet vera baxxi.