Barranin
L-Awstraljani jivvutaw f’elezzjoni ġenerali missielta

L-elettorat Awstraljan qed jivvota fl-ewwel elezzjoni ġenerali minn meta ġlied intern politiku warrab mix-xena politika r-raba’ Prim Ministru ta’ dan in-nazzjon fl-aħħar għaxar snin.

Il-Prim Ministru Scott Morrison qal li rnexxielu jgħaqqad lill-gvern konservattiv fl-aħħar disa’ xhur kemm ilu li ħa post Malcolm Turnbull.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Laburista Bill Shorten għamel kampanja bbażata fuq politika alternattiva.

Għal din l-elezzjoni huma eliġibbli li jivvutaw 16-il miljun u erba’ mitt elf persuna. Iż-żewġ mexxejja komplew jikkampanjaw sal-aħħar, anke f’jum il-votazzjoni, biex jipperswadu lill-elettorat jagħtihom il-fiduċja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar