Barranin
L-Awstrija tiddiskuti elezzjoni bikrija

Illum il-President Awstrijak Van der Bellen mistenni jiddiskuti elezzjoni bikrija mal-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz wara li lbieraħ irriżenja tal-Viċi Kanċillier Heinz-Christian Stache b’rabta ma skandlu relatat ma korruzzjoni.

Dan wara li ħareġ filmat ta’ Stache, li huwa l-mexxej tal-Partit tal-Ħelsien, li jurih jiddiskuti kuntratt tal-Gvern ma’ dak li allegatament huwa investitur Russu.

Min-naħa tiegħu, Strache qal li kien xurban u li aġixxa bħal adolexxent, waqt li ddeskriva l-attitudni tiegħu bħala stupida u irresponsabbli. Żied li hu rriżenja biex jevita milli jagħmel aktar ħsara lill-Gvern.

Il-kanċillier Awstrijak qal li l-aġir tal-Viċi Kanċillier iddeċieda li ma jistax ikun li ma jiħux deċiżjoni mmedjata u għalhekk sejjaħ elezzjoni bikrija minħabba dan l-iskandlu.

Żied jgħid li l-filmat li ħareġ dwar il-Viċi Kanċillier juri l-attitudni ħażina ta’ abbuż ta’ poter, u kif dan aġixxa bi flus il-poplu u li aktar minn hekk b’dan il-filmat, hu personali ħassu insultat.

Il-President Awstrijak Alexander Van der Bellen qal li elezzjoni bikrija hija neċessarja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar