Lokali
L-Awtorità tad-Djar tagħti appartamenti lill-familji li tilfu darhom

L-Awtorità tad-Djar qalet li pprovdiet appartamenti lill-familji li tilfu darhom jumejn ilu meta ġġarrfet blokka appartamenti fi Gwardamangia.

Spjegat li minn nhar it-Tnejn il-familji milquta se jiġu akkomodati f’erba’ appartamenti tas-suq privat li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom, u sadanittant qed jingħataw akkomodazzjoni f’lukanda.

L-awtorità qalet li għamlet dan l-intervent fuq bażi soċjali, u li kkommettiet lill-kuntrattur responsabbli biex jassumi l-ispejjeż kollha tal-akkomodazzjoni sakemm dawn il-familji jkunu jistgħu jmorru lura fi djarhom.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Spiċċaw jorqdu barra biex jagħmlu l-għassa ma’ darhom