Lokali
L-Awtorità tad-Djar toffri l-għajnuna lill-familji milquta mit-tiġrif fi Gwardamanġa

L-Awtorità tad-Djar qalet li qed toffri l-assistenza neċessarja lill-familji milquta mit-tiġrif ta’ parti minn blokka ta’ appartamenti fi  Gwardamanġa.

Fi stqarrija l-Awtorità tad-Djar qalet li hija nfurmata li l-erba’ familji affettwati kollha ngħataw akkomodazzjoni alternattiva mill-kuntrattur.

Matul il-jum rappreżentanti tal-Awtorità kienu preżenti fuq il-post tal-inċident u bdiet ħidma biex tara li l-familji jkollhom l-assistenza kollha neċessarja f’mument daqstant diffiċli.

L-Awtorità wara li tkellmet ma’ kull familja affettwata se tkun qed toffri wkoll għajnuna biex dawn il-familji jkunu jistgħu jixtru l-affarijiet bażiċi biex ikunu jistgħu jkomplu b’ħajjithom. Għalhekk, l-Awtorità se tkun qiegħda tagħti għajnuna finanzjarja lil kull persuna affettwata skont il-ħtieġa tagħha.

L-Awtorità se tibqa’ f’kuntatt ma’ kull familja u se tkun qiegħda tkompli ssegwi l-każ sabiex tassigura li toffrilhom kull assistenza li jkunu jeħtieġu.

L-Awtorità kienet ukoll f’kuntatt kontinwu mas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes li qed isegwi l-aħħar żviluppi dwar il-każ.

Ara wkoll:

“Ħaduli kollox… ma baqali xejn” – residenta fil-blokka li ġġarrfet

Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

L-Air Malta keċċiet 69 bdot wara li fi stqarrija ddikjarat li taħditiet mal-Union tal-Bdoti, l-ALPA, fallew. Il-linja nazzjonali tal-ajru qalet li t-taħditiet kellhom l-għan li jevitaw is-sensji, fl-istess waqt li…

Lokali

Inawgurati l-uffiċini l-ġodda taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni fil-Belt. F’dan iċ-ċentru, iż-żewġ partijiet li jkollhom kwistjoni bejniethom jistgħu jagħżlu li jippruvaw jaslu għall-ftehim qabel jirfsu l-għatba tal-Qorti, u jtemmu tilwima bejniethom b’anqas spejjeż…

Kultura

L-ismijiet tal-frontliners kollha Maltin fil-ġlieda kontra l-COVID-19 ġew inklużi fuq libsa ddisinjata lokalment, f’ġest kreattiv ta’ apprezzament lil dawk kollha involuti f’din il-ħidma, li għadha għaddejja. L-organizzatur tal-Malta Fashion Week…

Solidarjetà

Familja Maltija li kellha każ ta’ Covid-19, kif għadda kollox b’wiċċ il-ġid, tat €1,000 lill-Kummissjoni Emigranti biex bihom tgħin refuġjati li hawn f’Malta. Din id-donazzjoni wasslet biex bdew jitqassmu xirjiet…

Aktar