Lokali
L-Awtorità tal-Ippjanar b’€70,000 għal proġetti ta’ restawr

L-Awtorità tal-Ippjanar iffirmat ftehim ma’ 5 kunsilli lokali għal proġetti li jiswew aktar minn €70,000.

Fiż-Żejtun, l-Awtorità tal-Ippjanar se tiffinanzja proġett ta’ restaw fuq binja Barokka li għandha niċċa ddedikata għal San Ġużepp.

Proġett ieħor huwa ta’ pavimentar fi Triq il-Kalati fis-Sannat Għawdex. Xogħol ieħor se jsir fil-Misraħ iż-Żernieq f’Ħal Kirkop, fejn se jinħolqu faċilitajiet pubbliċi.

Fil-Birgu, il-Kunsill Lokali kompla bil-proġett ta’ bankijiet dekorattivi fi Triq il-Foss tas-Sur u Triq il-Ħabs l-Antik.