COVID-19
L-Awtorità tal-Ippjanar b’laqgħat permezz tal-video conferencing

L-Awtorità tal-Ippjanar ħadet inizjattiva oħra minħabba ż-żmien li għaddejja minnu Malta tal-COVID-19. Fl-isfond ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, l-Awtorità introduċiet protokol ġdid li se jippermetti lill-Bord tal-Ippjanar jew lill-Kummissjonijiet biex jagħmlu laqgħat mal-pubbliku permezz tal-video conferencing.

Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li daqt se terġa’ tibda l-Bord tal-Ippjanar u l-laqgħat tal-Kummissjonijiet mal-pubbliku permezz tat-teknoloġija. Stqarret li dan se jseħħ wara l-pubblikazzjoni tal-avviż legali li jemenda l-mod ta’ kif għandhom isiru l-laqgħat pubbliċi.

Spjegat li l-applikant, il-perit, il-parti interessati reġistrati u l-membri tal-pubbliku, fid-diskrezzjoni tal-President, jitħallew jagħmlu sottomissjonijiet relatati mal-każ li l-bord jew il-kummissjonijiet se jkunu qed jiddiskutu permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Kull membru tal-pubbliku li jixtieq jieħu sehem fil-laqgħa miżmuma permezz ta’ mezzi elettroniċi, għandu javża lill-Bord jew lill-Kummissjonijiet mill-inqas ġurnata ta’ xogħol qabel id-data tal-laqgħa.

Ara wkoll:

L-Awtorità tal-Ippjanar testendi l-permessi tal-iżviluppp