Lokali
L-Awtorità tal-Ippjanar qed tkarkar saqajha fuq il-policy dwar il-pompi tal-petrol – Moviment Graffitti

Il-Moviment Graffitti ilmenta fi stqarrija li il-Awtorità tal-Ippjanar qed tkompli tkarkar saqajha u sena wara għadha ma ħabbritx r-reviżjoni tal-policy tagħha dwar il-permessi tal-pompi tal-petrol. Il-moviment sejjaħ dawn bħala taparsi pompi tal-petrol għaliex qal li qed jingħataw permessi għal kumplessi kummerċjali enormi fuq art ODZ.

Il-Moviment Graffiti qal li minkejja l-wegħdi li saru, il-policy li kien ingħad li hija difettuża baqgħet ma nbidlitx. Qal li konsegwenza t’hekk għadhom qed isiru applikazzjonijiet għal bini ta’ pompi tal-petrol għadhom deħlin u qed jiġu proċessati mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-Moviment qal li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi lestiet ir-reviżjoni tagħha f’April li għadda, iżda l-Awotità tal-Ippjanar għadha ma ppubblikatx l-abbozz tal-policy riveduta għall-konsultazzjoni. Sejjaħ dan id-dewmien bħala redikolaġni li bih din l-Awtorità qiegħda tgħaddi n-nies biż-żmien.