Lokali
L-Awtorità tal-Ippjanar testendi b’xahrejn l-iskema ‘Irrestawra l-Faċċata’

L-Awtorità tal-Ippjanar estendiet b’xahrejn l-iskema ‘Irrestawra l-Faċċata’.

Għal din l-iskema, li għaliha hemm disponibbli €2,000,000 u f’Lulju li għadda mill-Awtorità tal-Ippjanar b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar s’issa daħlu 145 sottomissjoni li jammontaw għal €1.5 miljun.

Din l-iskema hi miftuħa għall-proprjetajiet li jaqgħu f’toroq traffikużi ħafna fl-Imsida, il-Ħamrun, Santa Venera, Birkirkara, il-Marsa, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u r-Rabat.

Permezz tal-iskema ‘Irrestawra l-Faċċata’, l-Awtorità tal-Ippjanar se tiffinanzja 100% tal-ispejjeż marbuta mar-restawr tal-faċċata.