COVID-19
L-Awtorità tal-Ippjanar testendi l-permessi tal-iżviluppp

L-Awtorità tal-Ippjanar qed testendi bi tliet snin il-permessi kollha tal-iżviluppp li, sal-lum għadhom validi iżda jiskadu sal-31 ta’ Diċembru, 2022.

Fi stqarrija, l-Awtorità qalet fiċ-ċirkostanzi straordinarji li qed jiffaċċja l-pajjiż, hija qed tieħu din il-miżura biex tipprevjeni lil min għandu dawn il-permessi milli la tgħaddi din l-imxija jkollhom jagħmu ħafna xogħol fi żmien qasir.

Spjegat li din il-miżura tapplika biss għal permessi li diġà ħarġu u qalet li din se tiżgura li d-drittijiet ta’ dawn il-permessi jkunu salvagwardjati.

Stqarret li din l-estensjoni se tgħin biex jiġi evitat tfixkil li jista’ jwassal għal problemi fil-kostruzzjoni.