Lokali
L-Awtorità tal-Ippjanar tiċħad li hemm nies jgħixu f’barriera fl-Imqabba

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn kien hemm residenza li nbidlet f’kmamar tas-sodda.

The Times of Malta permezz ta’ ritratt uriet struttura f’barriera fl-Imqabba fejn jingħad li ser jgħixu mijiet ta’ ħaddiema tal-kostruzzjoni Torok. Ir-rapport jgħid li l-gazzetta għandha informazzjoni li għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit fejn kien hemm residenza li nbidlet f’kmamar tas-sodda. Jingħad li minħabba l-influss ta’ barranin biex jaħdmu fuq proġetti ta’ kostruzzjoni kbar is-sit ser jinbidel f’villaġġ żgħir.

L-Awtorità qalet li mill-ispezzjoni ħareġ li ma kienx hemm evidenza li hemm persuni jgħixu hemm bħalissa. Qalet li rat tinda mtella’ b’mod illegali fil-barriera u ordnat li titneħħa. Spjegat li s-sidien tal-barriera qalu li t-tinda saret bħala uffiċju u mhux biex jgħixu n-nies fiha.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar