Lokali
L-Awtorità tal-Ippjanar tipproponi li żona f’Ta’ Qali tinbidel għal waħda kummerċjali

L-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tipproponi li żona f’Ta’ Qali li tinsab ħdejn il-park Nazzjonali u l-istabbilimenti tal-madwar, tinbidel minn żona industrijali għal waħda kummerċjali.

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li wara li ngħatat parir mill-Gvern, proponiet tibdil f’numru ta’ policies biex din iż-żona tintuża fost oħrajn għal stabbilimenti kummerjali, faċilitajiet edukattivi, uffiċini u mħażen. L-Awtorità qalet li l-proposti jiżguraw li ż-żona żżomm il-katattru tagħha speċjalment l-ispazji li jintużaw għar-rikreazzjoni.

Il-bini fiż-żona li huwa faċċata ta’ spazji barra miż-żona tal-iżvilupp ma jistax ikollu faċċata għola minn 8 metri, filwaqt li l-bini quddiem l-ambaxxata Amerikana ma jistax ikun għola minn 11-il metru.

L-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tilqa’ suġġerimenti tal-pubbliku fi proċess ta’ konsultazzjoni dwar din iż-żona f’Ta Qali, li jagħlaq fil-25 ta’ Ottubru.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar