Ambjent
L-Awtorità tal-Ippjanar tirrifjuta applikazzjoni biex razzett f’Ħal Qormi jinbidel f’mħażen

L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat l-applikazzjoni biex razzett li jinsab bejn Wied Qirda u Wied il-Kbir f’Ħal Qormi jinbidel f’kumpless ta’ 11-il maħżen u sit miftuħ fejn ukoll ikunu maħżuna oġġetti.

Is-sit għandu medda ta’ madwar 18,600 metru kwadru ta’ art u jinsab faċċata tal-qasam tad-djar b’diversi għelieqi madwaru.

Ir-raġuni ewlenija għal dan ir-rifjut kienet li t-tneħħija tar-razzett biex minfloku jsiru mħażen mhux ta’ benefiċċju għall-ambjent.

Dwar din l-applikazzjoni kienu esprimew it-tħassib tagħhom, fost oħrajn, l-għaqdiet tal-festa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi fosthom l-għaqda tan-nar li beżgħet li setgħet titlef is-sit minn fejn ittella’ in-nar.