Ippjanar u bini
L-Awtorità tal-Ippjanar tirtira l-permess għal żvilupp kontroversjali f’Ta’ Muxi fil-Qala

Il-permess li kien ingħata biex tinbena villa f’żona barra l-iżvilupp fl-inħawi Ta’ Muxi fil-Qala, issa ġie rtirat mill-Awtorità tal-Ippjanar, wara li l-iżviluppatur stess kien diġà rrinunzja għall-permess.

L-iżvilupp kien qajjem kontroversja, wara li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet il-permess minkejja li r-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u s-Sovratendenza tal-Wirt Kulturali kienu kontra.

Il-PA irtirat il-permess ftit qabel ma kien skedat li jibda jinstema’ l-appell imħejji mill-Kunsill Lokali tal-Qala u mill-għaqda Din l-Art Ħelwa, bl-awtorità tgħid li l-applikant ma kienx onora r-rekwiżiti mitluba wara l-ħruġ tal-permess. Huwa mifhum li l-iżviluppatur naqas milli jħallas il-miżati mitluba biex b’hekk waqa’ l-permess.

F’kummenti li ta lil TVM, is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg qal li jinsab kuntent li rrappreżenta l-Kunsill kontra dan l-iżvilupp, fejn issa l-iżviluppatur reġa’ wera li mhuwiex interessat f’dan il-permess. “Nemmen li ġara dan kollu grazzi għall-appell dettaljat li għamlet l-Avukat Claire Bonello u l-Perit Tara Cassar, li kien juri li dan il-permess qatt ma messu ħareġ.”

Is-Sindku rringrazzja lil dawk kollha li tawh appoġġ, u lill-kunsilliera li qal tawh is-sostenn meħtieġ biex jinħatru l-esperti fuq dan il-każ u każijiet ta’ żvilupp oħra fil-Qala.

Ara wkoll:

Il-Kunsill tal-Qala u għaqdiet jappellaw kontra l-permess għal villa f’Ħal Muxi

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel sofra xi ġrieħi f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq it-Tumbarellu għall-ħabta tas-1.45pm. Mill-ewwel tagħrif li kiseb TVM jidher li x’aktarx ir-raġel weġġa’ wara li…

Turiżmu

Fl-ewwel ġimgħa mill-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport għal titjiriet kummerċjali, waslu Malta 20,000 passiġġier. Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli, qalet li għalkemm is-sitwazzjoni internazzjonali għadha imprevedibbli ħafna, dawn iċ-ċifri huma inkoraġġanti u…

Qorti

Darryl Luke Borg ta’ 34 sena ġie kkundannat għal disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li nġurja lil ommu, kiser ordni ta’ protezzjoni mposta mill-Qorti sabiex ma jersaqx qrib…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 809 swab test. Dan huwa każ lokali li feġġ fil-komunità, bil-persuna infettata li ma kellhiex sintomi. Il-Ministeru għas-Saħħa…

Aktar