Lokali
L-awtoritajiet diġà ħadu passi dwar filmat ta’ mara vulnerabbli esposta sesswalment

Filmat li qed idur fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni permezz ta’ Whatsapp u Messenger juri mara vulnerabbli li qed tiġi esposta b’mod sesswali.

Il-mara, li tidher li għandha madwar sittin sena, twieġeb mistoqsijiet ta’ natura sesswali b’mod espliċitu, u anki tniżżel il-qalziet fil-pubbliku. Mhuwiex ċar jekk il-mara kinitx konxja li qed tiġi ffilmjata.

TVM tkellem mal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, Dr John Cachia, li qal li l-uffiċċju tiegħu huwa konxju ta’ dan il-każ u diġà ħa l-passi kollha neċessarji skont iċ-ċirkostanzi.

Dwar il-każ ikkummenta wkoll l-Ispettur Sandro Camilleri, li sostna li azzjoni bħal din minn dawk li ġibdu u xandru l-filmat tammonta għal reat kriminali.