Barranin
L-awtoritajiet Portugiżi bi kritika tad-deċiżjoni tal-gvern Ingliż

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Portugiż qal li l-esklużjoni tal-Portugall mil-lista ta’ pajjiżi fejn il-kwarantina mhix eżenti għall-persuni li jridu jsiefru lejn l-Ingilterra hija assurda.

Augusto Santos Silva qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet tal-BBC li l-esklużjoni tal-Portugall hija inġusta u ma tagħmilx sens.

Il-lista kollha ta’ pajjiżi eżenti kienet ippubblikata l-ġimgħa u Malta hija inkluża f’din il-lista fejn il-kwarantina ta’ erbatax-il jum għal dawk li jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit u viċi versa mill-għaxra ta’ Lulju mhix obbligatorja. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li għalissa dawk il-pajjiżi fejn il-każi għadhom qegħdin jiżdiedu fosthom iċ-Ċina, l-Istati Uniti, il-Maldives, l-Iżvezja u l-Portugall fost oħrajn mhumiex se jkunu eżenti mill-kwarantina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Eluf ta’ Ingliżi li kienu Franza fuq btala qatgħu l-btala tagħhom ħesrem u reġgħu lura l-Ingilterra fi sforz biex jevitaw il-miżuri ta’ kwarantina li l-Gvern Ingliż impona fuq kull min…

Barranin

L-awtoritajiet Spanjoli ordnaw lir-reġjuni kollha biex jagħalqu l-istabbilimenti tad-divertiment u jipprojbixxu it-tipjip anki barra, f’żoni fejn huwa impossibbli li tkun osservata ż-żamma tad-distanza soċjali. Il-Ministru tas-saħħa Spanjol qal li l-miżuri…

Safar

Malta, Franza u l-Olanda huma fost il-pajjiżi li żdiedu fil-lista ta’ kwarantina tar-Renju Unit. Dan ifisser li persuni li jivvjaġġaw minn dawn il-pajjiżi għar-Renju Unit iridu jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina….

Aktar