Lokali
AĠĠORNAT: L-awtoritajiet Sqallin jarrestaw lil Darren Debono

Tintensifika l-investigazzjoni tal-awtoritajiet Taljani dwar iċ-ċirku ta’ kriminali li allegatament jinvolvi żewġ Maltin li kien qed jittraffika lejn l-Italja u swieq oħra Ewropej miljuni ta’ ewro ta’ żejt mir-raffinerija fil-Libja. Fl-aħħar żviluppi dwar il-każ, wieħed mill-Maltin li ssemma f’dan il-każ, l-eks futboler tat-tim nazzjonali Darren Debono jinsab f’idejn il-pulizija Taljana u ittieħed fil-ħabs ta’ Katanja minn Lampedusa.

L-arrest ta’ Darren Debono ngħata prominenza mill-midja Taljana wara li huwa flimkien ma’ Malti ieħor, Gordon Debono isemma fost disa’ persuni allegatament implikati f’din l-attività kriminali msejħa żejt maħmuġ. Kontrihom inħareġ ukoll mandat ta’ arrest internazzjonali.

Skont il-Procura Distrettuale ta’ Katanja, Darren Debono huwa wieħed mill-imħuħ f’dan iċ-ċirku kriminali u qed ikun irrapportat li Debono kien f’kuntatt mal-Libjan, Fahmi Mousa Saleem ben Khalifa magħruf bħala “il Malem”, il-kap tal-milizja Libjana li għandha il-kontroll tar-raffinerija ta’ Zawrija.

Il-midja Taljan spjegat li ż-żejt misruq mir-raffinerija ta’ Zawija, jittieħed lejn il-kosta ta’ Abu Kammash, fejn iż-żejt imbagħad kien jitgħabba fuq vapuri allegatament operati minn Darren u Gordon Debono, kif ukoll minn Nicola Orazio Romeo. Iż-żejt jingħata b’dokumenti foloz fil-portijiet ta’ Augusta, Mazara del Valle, Civitavecchia u Venezja, immexxija mit-Taljan Marco Porta, kif ukoll fi Franza u Spanja.

Skont il-prosekuturi Taljani, 30 tanker ġarrew mil-Libja lejn l-Italja aktar minn mal-€50 miljun f’żejt. Huwa magħruf li Darren Debono kellu numru ta’ opri tal-baħar veloċi, l-aħħar waħda bl-isem ta’ Bonu 5 minħabba li meta kien jilgħab il-futbol kien jilgħab bin-numru ħamsa. Diversi ġurnali speċjalment Taljani qed jirreferu għall-kuntrabandu taż-żejt maħmuġ fir-rappurtaġġi tagħhom dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia minħabba li ġieli kitbet ukoll fuq dan il-kutrabandu.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Żewġ Maltin jissemmew b’rabta ma’ kuntrabandu taż-żejt

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Filmat esklussiv li qed ixandar tvm.com.mt juri s-sekwenza kollha ta’ mara li allegat li sar attentat biex jaħtfu lil binha li kien fil-pushchair f’ħanut f’Birżebbugia. Fil-filmat jidher li din l-omm…

Lokali

Xahrejn wara li seħħet serqa mill-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, il-lejl li għadda, l-istess knisja kienet fil-mira ta’ ħalliel. Iżda din id-darba, grazzi għall-intervent tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit,…

Lokali

Il-Partit Laburista permezz tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-deputat Glen Bedingfield immarkaw il-fatt li fil-Parlament ilbieraħ kien hemm disa’ deputati tal-Oppożizzjoni fosthom seba’ tal-Partit Nazzjonalista li ma appoggjawx il-mozzjoni…

Aktar