COVID-19
L-awtoritajiet tas-saħħa javżaw biex min attenda l-marċ f’Santa Venera jagħmel swab test

L-awtoritajiet tas-saħħa ħarġu avviż għal min attenda xi attivitajiet tal-festa ta’ Santa Venera, hekk kif irriżulta każ pożittiv ta’ persuna li kienet f’din il-festa.

Intqal li wara iktar investigazzjonijiet, irriżulta li wieħed mill-każijiet sporadiċi kien ta’ persuna li marret fil-każin tal-banda fit-22 ta’ Lulju u l-għada 23 ta’ Lulju marret il-marċ.

L-awtoritajiet tas-saħħa appellaw biex min attenda għal dawn l-attivitajiet iċempel 111 u jibbukkja swab test, kif ukoll joqgħod għassa għal xi sinotmi tul il-ġimagħtejn li ġejjin.