Pulizija
L-awtoritajiet taw 2,300 taħrika lil min m’obdiex ir-regolamenti tal-Covid minn Jannar s’issa

Mill-bidu tas-sena sa issa ingħataw 2,300 taħrika mill-Pulizija u mil-Lesa, b’rabta ma’ ksur tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern, Sigurta’ Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, meta kien qed iwieġeb domandi dwar l-infurzar tal-miżuri kontra l-Covid. Hu sostna li dan juri li l-infurzar qed isir, madanakollu s-soċjetà trid tikkollabora.

Mistoqsi wkoll dwar l-allegazzjoni li fil-ħabs jintuża siġġu tat-trażżin, il-Ministru Camilleri qal li dan intuża darba biss sabiex priġunier ma jweġġax lilu nnifsu jew lil ħaddieħor.