L-awtur u l-pubblikatur jisħqu li mhux veru kkupjawlu l-ktieb

Fi tweġiba għal ilment ta’ kkupjar ta’ ktieb mressaq minn Joseph Mary Grech, l-awtur Josef Grech u d-direttur ta’ Dom Communications Ltd, qalu li mhux veru li kkupjaw il-ktieb.

Joseph Mary Grech, awtur ta’ ktieb dwar il-vari ta’ Malta u Għawdex, ippreżenta lment fil-qorti li l-ktieb tiegħu ġie kkupjat minn awtur ieħor, Josef Grech. Joseph Mary Grech qal li l-ktieb tiegħu ġie ppubblikat 17-il sena ilu iżda riċentament skopra li ġie pubblikat ktieb ieħor identiku u bl-istess isem mill-awtur Josef Grech. Fl-ilment tiegħu Joseph Mary Grech qed jitlob li l-pubblikazzjoni identika għal tiegħu tiġi rtirata u li jingħata kumpens finanzjarju għad-danni.

Fi tweġiba tagħhom ppreżentat lill-Qorti Josef Grech u Doreen Spiteri qalu li huma ma kellhom xejn x’jaqsmu ma’ Joseph Mary Grech jew il-ktieb tiegħu. Fl-ittra tagħhom Grech u Spiteri saqsew lil Joseph Mary Grech biex iwaqqaf l-ilment tiegħu, inkella jkollu jaffaċċja azzjoni legali.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Arnold Cassola rriżenja minn Alternattiva Demokratika minħabba dawk li fisser bħala “differenzi bejnu u l-Kumitat Eżekuttiv tal- Alternattiva” dwar l-abort. Il-kwistjoni qamet nhar il-Ġimgħa li għadda bil-Professur Cassola jirreaġixxi għal…

Qorti

Ingħata l-libertà proviżjorja ż-żagħżugħ Libjan kunsidrat li kien il-moħħ wara l-ħtif ta’ ajruplan li tniżżel Malta jumejn qabel il-Milied tal-2016. Soko Moussa Shaha Ali ilu miżmum arrestat il-ħabs minn dakinhar….

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wiegħed li gvern nazzjonalista ser jara li Għawdex ikun meqjus bħala gżira reġjun fil-kostituzzjoni biex l-Għawdxin ikollhom il-poter jiddeċiedu fuq il-ħtiġijiet tagħhom. Huwa…

Aktar