Lokali
L-azzjoni ta’ Malta fuq il-Libja tikseb tifħir mill-Istati Uniti

Il-gvern tal-Istati Uniti faħħar lill-gvern Malti għall-qabda ta’ kunsinna ta’ kważi biljun Ewro f’dinari Libjani li kienu għaddejjin minn Malta fi triqithom għal-Libja. Il-flus kienu nqabdu f’Settembru li għadda u l-aħbar ixxandret fil-jiem li għaddew mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin.

Fi stqarrija tad-Dipartiment tal-Istat Amerikan, intqal li dawn il-flus kienu ġew stampati minn kumpanija tal-istat Russu. Il-gvern Amerikan irrimarka li l-uniku bank ċentrali leġittimu fil-Libja hu l-Bank Ċentrali Libjan, ibbażat fi Tripli, li ma kienx ta permess biex jiġu stampati dawn id-dinari.

Żied jgħid li d-dħul fl-aħħar snin ta’ flus foloz stampati fir-Russja kompla kabbar l-isfidi ekonomiċi tal-Libja. Il-gvern Amerikan qal li jibqa’ impenjat jaħdem man-Nazzjonijiet Magħquda u entitajiet oħra internazzjonali kontra attivitajiet illegali li jagħmlu ħsara lis-sovranità u l-istabilità tal-Libja. Dan il-każ, qal id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, juri l-ħtieġa li r-Russja twaqqaf azzjonijiet li jiddistabilizzaw il-Libja.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar