Kurżitajiet
L-ebda evidenza ma turi li t-tablets u l-mobiles jagħmlu ħsara lit-tfal

Ftit li xejn hemm evidenza li turi li l-użu ta’ tablets u l-mobiles jagħmlu l-ħsara lit-tfal.

Skont l-istudju BMJ Open Medical Journal, il-ġenituri m’għandhomx għal xiex jinkwetaw u jċaħħdu lil uliedhom mit-teknoloġija sakemm mhux qabel ħin l-irqad.

It-tobba qalu wkoll li l-ġenituri għandhom jgħarrfu ma jħallux lit-tfal tagħhom jintilfu fit-tablets jew mobiles u jispiċċaw jitraskuraw l-eżerċizzju fiżiku, l-irqad u l-ħin mal-familja.

L-istudju jkompli jisħaq fuq l-importanza li jintaħaq bilanċ u li lanqas mhu sew li t-tfal jiġu mċaħħda mit-teknoloġija għaliex is-soċjetà u l-ħajja tal-lum iddur madwarha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għal xi wħud il-ħin tal-inżul mill-ajruplan spiss ikun ta’ uġigħ ta’ ras, speċjalment jekk ikunu fuq in-naħa ta’ wara. Ħafna nies ħerqana biex jinżlu, ma jagħtux ċans lil ta’ quddiemhom…

Barranin

“M’għandix bżonn diving board” hija d-deskrizzjoni li Ryan Tchoungoua jagħti dwaru nnifsu fuq il-profil ta’ Instagram. Dan iż-żagħżugħ Amerikan minn New York qed isir famuż wara li filmati tal-qabżiet tiegħu…

Kurżitajiet

It-tnejn li huma sportivi imma meta ssemmi isimhom żgur ma jgħaddilekx minn moħħok li għandhom xi ħaġa komuni. Wieħed champion tal-UFC u l-ieħor champion fil-futbol. It-tnejn li huma ħallew isem…

Barranin

Wara nuqqas ta’ 100 sena, fil-muntanji Katalani twieled ferħ ta’ linċi – speċi ta’ felini li kienet inqerdet għal kollox minn dawn l-inħawi. Il-ferħ ta’ linċi Ewropea twieled f’Mejju li…

Aktar