Elezzjoni
L-ebda kandidatura s’issa għall-elezzjoni każwali fit-tmien distrett

Il-Kummissjoni Elettorali qalet li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet għall-elezzjoni każwali fit-tmien distrett elettorali sabiex jimtela l-post ta’ membru parlamentari wara r-riżenja ta’ Christain Cardona, ma ġiet ippreżentata l-ebda kandidatura.

Il-Kummissjoni Elettorali bdiet tilqa’ n-nomini mil-lum sa nhar it-Tnejn li ġej.

Il-kandidati li huma eliġibbli jitfgħu n-nomina tagħhom huma n-nutar Ian Castaldi Paris u l-avukat Rachel Tua li kkontestaw mal-Partit Laburista fuq it-tmien distrett fl-elezzjoni ta’ Ġunju fl-2017.

It-tmien distrett jikkonsisti f’Birkirkara, Ħal Lija, l-Iklin u Ħal Balzan.